Il-winger internazzjonal Brażiljan, Antony, informa lil Ajax li ma jridx jibqa’ jifforma parti mill-iskwadra minħabba li jixtieq jingħaqad ma’ Manchester United.
Dan il-player ta’ 22 sena jrid jingħaqad mal-coach, Erik ten Hag, li sa Mejju li għadda kien qed imexxi lit-team ta’ Ajax.
Peró, din l-istqarrija ġabet magħha rabja kbira mill-partitarji u issa Antony qed jittrenja waħdu.
Meta fadal 11-il ġurnata għat-team tat-trasferimenti, ir-Red Devils diġá kellhom l-ewwel offerta ta’ €67 miljun rifjutata minħabba li t-talba tal-club Olandiż hija dik ta’ €80 miljun.