Friday, November 22, 2024

Antony mwaqqa’ mill-iskwadra nazzjonali tal-Brażil minħabba allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Il-Brażil waqqgħu lill-winger ta’ Manchester United, Antonyy, wara allegazzjonijiet ta’ vjolenzja domestika fqu l-eks ħabiba tiegħu.

L-FA Brażiljana qalet li l-player ta’ 23 sena kien ġie rtirat mill-iskwadra wara li “saru pubbliċi bosta fatti” li “jeħtieġ li jiġu investigati”.

Il-media Brażiljana ppubblikat allegazzjonijiet li saru mill-eks sieħba ta’ Antony nhar it-Tnejn.

Il-Pulizija f’Sao Paulo u Greater Manchester qed jinvestigaw dawn l-allegazzjonijiet li l-player innifsu ċaħad.

“B’kalma nista’ nistqarr li l-akkużi huma foloz u li l-provi diġà murija u l-provi l-oħra li se jiġu murija juru li jien innoċenti tal-akkużi li saru,” qal Antony fuq il-midja soċjali.

“Jien fiduċjuż li l-investigazzjonijiet tal-pulizija li għaddejjin se juru l-verità dwar l-innoċenza tiegħi.”

Antony jinsab akkużat li fil-15 ta’ Jannar attakka lill-eks ħabiba tiegħu Gabriela Cavallin “b’rasu” f’kamra ta’ lukanda ta’ Manchester, u ħallieha b’ras maqtugħa li kellha bżonn kura minn tabib.

Hija tallega wkoll li ngħatat daqqa ta’ ponn f’sidirha, li kkaġunat ħsara f’impjant tas-sider tas-silikon, li kien jeħtieġ operazzjoni korrettiva.

Il-Pulizija ta’ Greater Manchester (GMP) qalet li hija “konxja mill-allegazzjonijiet li saru u l-inkjesti għadhom għaddejjin biex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi madwar dan ir-rapport”.

Hija żiedet tgħid li: “F’dan il-ħin mhux se nkunu qed nikkummentaw aktar.”

Manchester United qalu li ma kellhom l-ebda kumment dwar il-kwistjoni.

Sport