Sunday, December 22, 2024

Antwerp champions Belġjani wara 66 sena f’ġurnata drammatika

Aqra wkoll

L-ex difensur ta’ Tottenham, Toby Alderweireld, kiseb id-draw fil-ħin miżjud biex il-Ħadd għadda t-titlu Belġjan lil Royal Antwerp fi tmiem drammatiku tal-istaġun.

Fil-minuti li kien fadal ta’ taqtiegħa bejn tliet timijiet għat-titlu, Racing Genk u mbagħad Union Saint-Gilloise kellhom isiru champions tal-kampjonat.

Iżda Alderweireld ta’ Antwerp skorja goal meraviljuż b’xutt minn 20 metru bogħod fl-94 minuta biex għamilhom 2-2 f’Genk.

U dan qanqal ċelebrazzjonijiet selvaġġi peress li kien biżżejjed biex jagħti lill-club ta’ raħal twelidu l-ewwel titlu tagħhom f’66 sena.

“M’għandix kliem għal dan,” qal Alderweireld ta’ 34 sena, li ngħaqad ma’ Antwerp mingħand Al-Duhail tal-Qatar fis-sajf li għadda.

“Kulħadd remiena, issielitna ħafna għal dan. Kulħadd kien kontra tagħna, iżda għamilna dan illum.”

Antwerp temmew l-istaġun punt wieħed qabel Genk u St-Gilloise, li kellhom isiru champions Belġjani għall-ewwel darba fi 88 sena wara li temmew biss assenza ta’ 48 sena mill-ogħla livell fl-2021.

Fid-89 minuta tal-aħħar ġurnata tal-play-off tal-kampjonat, Antwerp dehru barra mit-taqtiegħa hekk kif marru 2-1 minn taħt filwaqt li Union kienu 1-0 minn fuq f’darhom kontra Club Brugge.

Iżda l-attakkant Ġappuniż, Shion Homma, ġab id-draw għal Brugge, li ma kienux bl-aqwa team, biex tefa’ lil Genk, li kellhom biss ċans remot qabel ma bdew, fil-pole position.

Pero’ l-aħħar kelma kienet ta’ Alderweireld li tefa’ lill-partitarji u lill-coach Mark van Bommel u l-istaff tiegħu f’dellirju ta’ ferħ

Sadanittant, St-Gilloise sfaw megħluba 3-1 minn Club Brugge fejn il-captain tagħhom u internazzjonali Malti, Teddy Teuma, li ġie sostitwit fit-tieni taqsima, kien viċin iżda ‘l bogħod milli jgħolli t-trofew ta’ Champions tal-Belġju.

Ekonomija

Sport