Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Mosta qed isofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li ntlaqat minn karozza waqt li kienet qed tirriversja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am fi Triq il-Klin, l-Iklin.Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.