Thursday, December 26, 2024

Anzjan bi ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur fil-Mosta

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 86 sena residenti l-Mosta ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5.00pm kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta.

Il-Pulziija qalu li mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li l-anzjan kien qed isuq mutur Peugeot Tweet, ġarrab xi ġrieħi f’inċident ma’ vettura.

Meta l-Pulizija waslu fuq il-post sabu li din il-vettura telqet, iżda minuti biss wara l-inċident, il-Pulizija sabet il-vettura tal- għamla Toyota Cami f’garaxx fil-qrib.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Ix-xufier tat-Toyota Cami, raġel ta’ 75 sena residenti l-Mosta qed jinżamm mill-Pulizija b’rabta mal-investigazzjonijiet li hemm għaddejjin.

Ekonomija

Sport