Anzjan ta’ 70 sena residenti Ħaż-Żabbar, għal ħabta tal-10:45 a.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fi Vjal ilKottoner, il-Fgura.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma kien qed isuq mutur Kawasaki meta seħħ impatt ma’ Toyota Ractis, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti ż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

