Ilbieraħ għall-ħabta tal-4:15 p.m., raġel ta’ 74 sena li jgħix Birżebbuġa, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn zewġ vetturi, Volkswagen Golf misjuqa minn mara ta’ 65 sena residenti Birżebbuġa u Toyota IST misjuqa mir-raġel.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.



