Wednesday, December 25, 2024

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Fi stqarrija mibgħuta mill-Pulizija, jidher li l-anzjan qiegħed isofri minn grieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Iktar kmieni: Anzjan l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qawra

Anzjan ta’ 79 sena residenti San Pawl il-Baħar ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, wara li  għall-ħabta tas-1:50 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Bella Vista fil-Qawra. 

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn vann tat-tip Toyota poster, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza tal-għamla Toyota passo misjuq minn anzjan ta’ 79 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. 

Ekonomija

Sport