Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 72 sena residenti Santa Luċija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-5:45 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani, f’Ħal Tarxien

Minn investigazzjonijiet illi saru, irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Santa Luċija.

Huwa ingħata l-għajnuna fuq minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

Sport