Saturday, January 31, 2026

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 82 sena li jgħix Ħaż-Żabbar, ilbieraħ għal xi 7:00 a.m., ittieħed l-Isptar
Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tal-għamla Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Fgura.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport