Sunday, November 24, 2024

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien tiela’ t-taraġ

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 77 sena residenti Ħal Għaxaq sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien tiela’ t-taraġ.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 1.45pm fejn il-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq Pietru Xuereb, Tal-Pietà.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lil anzjan l-Isptar Materi Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport