Aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-3.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ballut, il-Mosta.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti n-Naxxar intlaqat minn vettura Suzuki Ignis misjuqa minn mara ta’ 74 sena residenti Birżebbuġa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.