Sunday, March 16, 2025

Anzjan bi ġrieħi ħfief u anzjana bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtu minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 68 sena u mara ta’ 64 sena, it-tnejn residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofru minn xi ġrieħi. Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m., kienu nvoluti f’inċident fi Vjal il-Ħelsien, f’Ħaż-Żebbuġ. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel u l-mara ntlaqtu minn karozza tal-għamla Peugeot 306 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal kura. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport