Wednesday, December 25, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt waqt argument f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Dalgħodu għall-10.30am, intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq it-Tartarun, San Pawl il-Baħar.

Mal-wasla immedjata tal-Pulizija, irriżulta li anzjan Ingliż ta’ 70 sena kien ferut, allegatament  waqt argument ma’ numru ta’ persuni oħra.

Tim mediku ta l-assistenza lill-vittma li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn  ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt.
Żewġ irġiel Ingliżi, ta’ 85 u 72 sena, residenti San Pawl il-Baħar, flimkien ma’ Malti ta’ 72 sena residenti Birżebbuġa, qed jinżammu arrestati mill-Pulizija.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport