Anzjan ta’ 75 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ, għall-ħabta 2.30pm, kien involut f’inċident tat-traffiku qrib iċ-Ċirkewwa
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Ka misjuqa minn anzjan ta’ 75 sena residenti San Pawl il-Baħar u Peugeot Expert misjuq minn raġel Ġermaniż ta’ 29 sena.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.