Tuesday, August 26, 2025

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara inċident bit-Tuk Tuk fix-Xewkija

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 71 sena residenti x-Xagħra jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tad-8.45am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kanal fix-Xewkija.

Jirriżulta li l-anzjan kien tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Tuk Tuk u nqaleb.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura. Iktar tard, huwa kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet nfurmata bil-każ u fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport