Anzjan ta’ 75 sena minn Għajnsielem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-7.00am kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija Għawdex.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imġarr, eżatt ħdejn ir-roundabout li hemm ħdejn il-kappella magħrufa bħala “Tal-Ħniena”.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-anzjan li kien qiegħed isuq karozza Daihatsu Terios tilef il-kontroll, tela’ fuq ir-roundabout, qasam in-naħa l-oħra tat-triq u ħabat ma’ arblu tad-dawl u ma’ ħajt.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li bdew jagħtu s-CPR u anke xokkijiet fuq qalb l-anzjan.
Wara hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġie ċċertifikata li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta mexxija mill-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.