Monday, April 6, 2026

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ħabat f’siġra f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 87 sena residenti Ħal Lija, ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Nutar Zarb, Ħ’Attard.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq BMW 325 u ħabat f’siġra.

Huwa ngħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport