Anzjan ta’ 77 sena residenti Birkirkara jinsab fil-periklu tal-mewt. Dan wara li llum għall-ħabta tal-5:10 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma intlaqat minn Toyota Corsa li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imsida.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.