Wednesday, July 24, 2024

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li tajjar l-Imġarr

Aqra wkoll


Aktar kmieni llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, anzjan ta’ 78 sena residenti l-Mġarr, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffiegħa, l-Mġarr.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan intlaqat minn mutur Kawasaki, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Mellieħa.

L-anzjan ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Ix-xufier tal-mutur mar għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa u ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi ħfief.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Gatt LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport