Thursday, February 13, 2025

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum f’għalqa f’ Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Raġel ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’għalqa.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm f’Wied il-Ħesri, is-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport