Ilbieraħ, għal xi l-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet mitluba tassisti fi Triq Lampuka,
Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 77 sena waqa’ waqt li kien nieżel it-taraġ u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin



