Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet f’għalqa fi Triq l-Għadira, Kerċem.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 73 sena residenti Kerċem stess, żelaq waqt li kien miexi f’għalqa bil-konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar disa’ filati f’għalqa oħra.
Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.