Għall-ħabta tat-3.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr stess.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 63 sena residenti l-Għarb, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet talPulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Intant dan is-sit jinsab informat li l-ewwel li waqaf kien Etienne Micallef minn Malta Rescu Crops li ta l-ewwel għajnuna.