Monday, December 23, 2024

Anzjan ieħor imut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li raġel ta’ 68 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.

Ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada 26 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn miet aktar kmieni llum.

lr-raġel kien ibati minn problemi oħra tas-saħħa.

Filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari, il-Ministeru għas-Saħħa jkompli jisħaq fuq l-importanza tal-użu tal-maskra, il-ħasil tal-idejn u d-distanza fiżika. B’impenn mingħand kulħadd nistgħu niġġieldu l-imxija tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport