Wednesday, October 29, 2025

Anzjan imut wara inċident ma’ resident ieħor f’dar tal-anzjani fil-Fgura

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ġie infurmat li anzjan ta’ 89 sena, tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei, wara li madwar ġimgħatejn ilu kien involut f’inċident ma’ resident ieħor f’Dar tal-Anzjani privata fil-Fgura.

Dan il-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija, li fetħu l-investigazzjonijiet neċessarji. Il-Ministeru huwa infurmat ukoll li dwar dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud. L-Awtoritajiet u l-Aġenziji pertinenti tal-Gvern qegħdin jikkollaboraw bi sħiħ f’dawn l-investigazzjonijiet sabiex ikunu stabbiliti l-fatti li wasslu għall-mewt tal-anzjan.

Il-Ministeru u l-Awtoritajiet fi ħdanu joffru l-kondoljanzi sinċiera tagħhom lill-familja tal-anzjan

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport