Thursday, June 12, 2025

Anzjan imut wara inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn 

Aqra wkoll

Inċident fatali f’Wied il-Għajn Illum għall-ħabta tal-10:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq Villabate, Wied il-Għajn. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn van Peugeot Partner li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 38 sena mill-Kosta tal-Avorju u residenti l-Marsa, Nissan March li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 43 sena u ċiklist ta’ 67 sena residenti ż-Żejtun. 

Fin-Nissan kien hemm ukoll Taljana ta’ 38 sena li ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet. 

Il-kundizzjoni tat-Taljana għadha mhix magħrufa. Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport