Tuesday, December 24, 2024

Anzjan imut wara li waqa’ f’daru f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Anzjan tilef ħajtu wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:00 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’residenza fi Triq ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 75 sena li joqod fl-istess residenza, waqa’ waqt li kien waħdu fit-taraġ.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia li ħatret inkjetsa, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport