Anzjan ta’ 65 sena residenti Raħal Ġdid tilef ħajtu wara li waqa’ waqt fuq il-blat fl-inħawi tal-White Rocks f’Baħar iċ-Ċagħaq
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:00 a.m.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.