Monday, November 11, 2024

Anzjan imut wara li waqa’ minn fuq bejt f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Raġel tilef ħajtu wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tas-12:45 p.m., kien involut f’inċident f’residenza fi Vjal Simmons, Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 76 sena waqa’ minn fuq il-bejt tar-residenza tiegħu għal fuq saqaf ta’ propjetà privata ta’ ħdejh, għoli ta’ madwar sular. Mal-waqgħa, is-saqaf li ġie fuqu sfronda bih u waqa’ madwar sular ieħor.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku, u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Sfortunatament, ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport