Anzjan tilef ħajtu wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ f’għalqa fi Triq Għar Ilma f’Kerċem Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 74 sena residenti r-Rabat, Għawdex jidher li waqa’ għoli ta’ kważi sular għal ġo għalqa minn trejqa biswit l-istess għalqa.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, imma sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.