Raġel ndarab wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident tat- traffiku li seħħ fi Triq Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn anzjan ta’ 86 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Lija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-Mazda l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.