Anzjan ta’ 81 sena sofra ġrieħi wara li għall-ħabta tal-9.45am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Publju, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Nissan Leaf, misjuqa minn Ukren ta’ 33 sena residenti s-Swieqi.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.