Saturday, May 18, 2024

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ħabat f’karozza pparkjata f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-8:50 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Kottonera fil-Birgu.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 77 sena residenti Ħaż-Żabbar tilef il-kontroll tal-Mitsubishi Pajero li kien qiegħed isuq u ħabat f’Ford Transit li kien ipparkjat.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post, ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport