Saturday, December 21, 2024

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku f’Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq. 

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li Ingliż ta’ 75 sena residenti Ħal Għaxaq, intlaqat minn Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 60 sena residenti ż-Żejtun. 

Ir-raġel midrub ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ekonomija

Sport