Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naġġar, il-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti l-Mosta ntlaqat minn vettura Volkswagen Golf li kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Imtarfa.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-anzjan sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.