Wednesday, May 8, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naġġar, il-Mosta. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li  raġel ta’ 63 sena residenti l-Mosta ntlaqat minn vettura Volkswagen Golf li kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Imtarfa. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-anzjan sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport