Saturday, October 26, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi f’ħabta bejn tliet karozzi fil-Marsa-Ħamrun Bypass

Aqra wkoll

Raġel ta’ 76 sena residenti Ħal Tarxien weġġa’ gravi f’ħabta bejn tliet karozzi fil-Marsa-Ħamrun Bypass. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30 a.m. xħin seħħet ħabta bejn Maruti Zen misjuqa mir-raġel ta’ 76 sena, Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 26 sena residenti l-Fgura u Peugeot 2008 misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti s-Siġġiewi.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet ix-xufier tal-Maruti l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport