Sunday, November 24, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi f’ħabta bejn vann u mutur f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-5:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 51 sena residenti tal-Pietà, u mutur Daelim YC125 misjuq minn raġel ta’ 70 sena residenti Marsaxlokk.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport