Wednesday, April 24, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’mutur tal-ħart fir-Rabat

Aqra wkoll

Raġel ta’ 88 sena residenti r-Rabat weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’mutur tal-ħart. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.15 a.m. f’għalqa li tinsab fi Triq Għajn Qajjet fir-Rabat.

Minnufih marru l-pulizija fuq il-post filwaqt li l-anzjan ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Fil-post issejħet ukoll l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport