Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-1:30 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ impatt bejn mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 76 sena residenti Ta’ Xbiex u karozza Mazda misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti San Ġiljan.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikati li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.