Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, l-Imsida.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 88 sena residenti San Ġwann intlaqat minn mutur Suzuki misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Ġwann ukoll.
L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.