Sunday, December 22, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn trakk fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-09:00 a.m., wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 69 sena residenti x-Xagħra ntlaqat minn trakk tal-għamla CF85 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena residenti n-Nadur.

L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport