Sunday, December 22, 2024

Anzjan iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza fl-Imsida

Aqra wkoll

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied tal-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li anzjan ta’ 76 sena residenti Santa Venera għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza Suzuki Baleno li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ Peugeot 308 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar. Mad-daqqa l-karozzi ħabtu ma’ tliet karozzi oħra li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan u ttieħed b’ambulanza l-Isptar għall-aktar kura, fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Is-sewwieq l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport