Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-4:00 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti s-Siġġiewi stess, kien qiegħed isuq Toyota Starlet, tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistih u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.