Anzjan ta’ 80 sena weġġa’ gravi wara li aktar kmieni dalgħodu waqa’ f’kunvent fir-Rabat.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 a.m f’kunvent li jinsab fi Triq Ġorġ Borg Olivier. Jirriżulta, li l-anzjan waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien nieżel minn taraġ li jagħti għall-bejt.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.