Raġel ta’ 63 sena residenti Santa Luċija, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular waqt li kien nieżel sellum ġo bokka ta’ residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00am, fi Triq il-Bruka, Santa Luċija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.