Anzjan ta’ 67 sena residenti Ħad-Dingli qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Erbgħa waranofsinhar weġġa’ jdejh waqt kien qiegħed jaħdem b’chaser f’sular li fih kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni.
Kien għall-ħabta tas-1.30 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’razzett fi Sqaq il-Kalkara, Ħad-Dingli.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.