Anzjan iweġġa’ serjament wara li waqa’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni

0
871

Anzjan ta’ 77 sena residenti San Ġwann weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ ilum għall-ħabta ta’ 12.15p.m. fi Triq Clarence, Tal-Pietà.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.