Sunday, December 29, 2024

Anzjan iweġġa’ serjament wara li waqa’ t-taraġ tar-residenza tiegħu fil-Birgu

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:00 a.m., weġġa’ f’residenza fi Triq San Filippu, il-Birgu.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 91 sena kien waqa’ t-taraġ tar-residenza fejn jgħix.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistih u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport